Wednesday, April 24, 2024

Aktar koperazzjoni milli kompetizzjoni bejn il-bejjiegħ u l-konsomatur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt it-tieni qari relatat mal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-affarijiet tal-konsumatur fil-parlament, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Konsumatur Clayton Bartolo għamel referenza għar-relazzjoni bejn il-konsumaturi u l-bejjiegħa. Huwa tkellem dwar is-sens ta’ koperazzjoni bejniethom li ħarġet ċara fiċ-ċerimonja Servizz bit-Tbissima bis-sehem ta’ ’l fuq minn 8,000 konsumatur; b’żieda ta’ 3,000 konsumatur meta kkumparat mas-sena ta’ qabel, fejn ġew premjati numru ta’ bejjiegħa skont il-voti tal-konsumaturi.

Bartolo tkellem dwar l-emenda li saret xi xhur ilu biex fejn issaħħaħ il-qafas legali tal-uffiċċju għall-affarijiet tal-konsumatur bil-għan li jiġi assigurat livell għoli ta’ protezzjoni f’każ ta’ ksur ta’ drittijiet tal-konsumatur.

Bartolo qal li b’dan il-metodu u bl-introduzzjoni ta’ aktar proċeduri għas-servizzi li jistgħu jgħinuhom jieħdu l-passi neċessarji u fl-istess waqt tinstab soluzzjoni effettiva għal tilwim biex l-konsumaturi jaslu jappoġġjaw swieq lokali li jkunu qegħdin jaħdmu aħjar.

Sport