Thursday, April 18, 2024

Fl-2020 kien hawn l-akbar ammont ta’ priġunieri fil-ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mistoqsija oħra parlamentari kienet tirridwarda l-ħabs u l-priġunieri. Mistoqsi dwar il-każi ta’ mwiet fl-aħħar snin fil-ħabs u kemm minnhom kienu każi ta’ suwiċidju l-Ministru Camilleri ppreżenta tabella bl-informazzjoni relatata.

It-tabella tindika nuqqas ta’ informazzjoni bejn 2000 u l-2010, iżda minn informazzjoni ppubblikata skont l-għaxar snin li segwew, kien hemm total ta’ 39 mewt li 15 minnhom irriżultaw li kienu kawża ta’ suwiċidju.

Intant fit-tabella għall-istess mistoqsija ntqal li l-medja tal-popolazzjoni fil-ħabs żdiedet matul is-snin minn 256 fl-2000 għal massimu ta’ 800 s-sena li għaddiet u 748 każ din is-sena.

Ekonomija

Sport