Friday, April 19, 2024

Fl-aħħar erba’ snin żdiedu r-rapporti ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-każi ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani rrapurtati lill-Pulizija mill-2018 baqgħu jiżdiedu minn sena għall-oħra. Skont statistika ppreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri dawn il-każi rrapurtati żdiedu minn 130 każ fl-2018, għal 145 fl-2019 għal 183 każ fl-2020 u s’issa din is-sena ġew rrapurtati 203 każi ta’ vjolenza domestika.

Fuq nota pożittiva fuq l-istess statistika , il-każi ta’ feriti fuq il-persuni  naqsu sena wara l-oħra u dan hekk kif fl-2018 ġew rapurtati 102 każi, 82 każ fl-2019, 78 każ fl-2020 u 69 każ din is-sena.

L-istess jista’ jingħad fir-rigward ta’ każi ta’ ħtif ta’ oġġetti hekk kif fl-2018 kienu rrapurtati 45 każ, naqsu għal 23 każ fl-2019, għal 11 fl-2020 u ħamsa din is-sena.

Camilleri għamilha ċara li din it-tabella ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma fir-rapport, tista’ ma tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.

Sport