Monday, December 23, 2024

Tħassib ambjentali minħabba rekord ta’ temperaturi għoljin għal Diċembru fl-Alaska

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fenomenu li ma jawgura xejn tajjeb huwa dak esperjenzat fl-Alaska fejn għandhom mewġa tas-sħana mhux tas-soltu b’temperaturi matul il-ġurnata ta’ aktar minn 15.5 gradi celsius (60F). Dawn it-temperaturi pjuttost għolja ħafna għal dan il-pajjiż qegħdin iwasslu għal xita qawwija f’perjodu tas-sena li normalment ikun estremament kiesaħ bis-silġ u l-borra.

F’rapport minn Reuters jingħad li fil-gżira Kodiak it-temperatura misset id-19.4 gradi celcius fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u din kienet l-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata fl-Alaska f’Diċembru. Ix-xjenzat Rick Thoman miċ-ċentru lokali għall-assessjar u l-politika tal-klima qal li din is-sitwazzjoni hija waħda “assurda”. Kemm Thoman, kif ukoll xjenzati oħra li osservaw dan it-tibdil fl-arja, huma mħassba li l-popolazzjoni fl-Alaska se jkollha tiffaċċja xita qawwija minħabba ż-żieda fit-temperatura.

Dawn it-temperaturi rekord qegħdin ikunu esperjenzati fix-xahar ta’ Diċembru fosthom 18.3 gradi celcius fl-ajruport ta’ Kodiak; 16.6 gradi celcius fil-komunità ta’ Cold Bay; mill-inqas għaxart ijiem ta’ temperaturi ta’ aktar minn 10 gradi celcius fil-belt Aleutian ta’ Unalaska u qari ta’ 13.3 gradi celcius f’jum il-Milied li wkoll kiser rekord tal-aktar Milied sħun fl-Alaska.

Thoman qal li, “l-aktar konsegwenza serja għall-bniedem f’din is-sitwazzjoni hija wisq probabbli xita torrenzjali li se tinżel fiċ-ċentru tal-Alaska fl-inħawi ta’ Fairbanks li esperjenzat l-agħar maltempata li qatt kellha mill-1937”. 

Ekonomija

Sport