Saturday, December 21, 2024

Tħassib dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin li “m’għadhomx li kienu”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Sigħat wara l-aħbar tat-traġedja f’Tas-Sliema, komplew il-kummenti fuq il-midja soċjali b’mod speċjali fuq siti tan-nisa. L-aħbar tal-omiċidju wasslet għal dieqa u anke biża’ kbira. Huwa ovvju li s-sentiment ġenerali espress fil-kummenti huwa dak li din hija aħbar traġika u li “dan mhuwiex mod kif għandna nibdew is-sena l-ġdida”. 

Il-komunità femminili lokali qiegħda tgħid li tħossha f’periklu minħabba delitti ta’ dan it-tip fejn mara fin-natura ma tistax tiddefendi lilha nnifisha sew u lanqas tista’ ġġorr “pepper spray” għall-protezzjoni tagħha. 

Ħafna nisa qegħdin jesprimu tħassib għas-sigurtà tagħhom fit-toroq u jsostnu li Malta m’għadhiex li kien dahri. Kumment partikolari kien dak ta’ mara fejn qalet li lanqas tħossha sigura biex timxi mill-post fejn tipparkja sad-dar u din il-biżgħa hija akbar fil-każ ta’ bintha adoloxxenti. Ħafna ommijiet ta’ bniet qablu ma’ dan it-tħassib għax it-toroq ta’ Malta m’għadhomx li kienu.

Filwaqt li hemm tama u talba li ssir ġustizzja għal dan il-qtil krudili, il-ħsibijiet ta’ dawn in-nisa li tkellmu dwar din it-traġedja, marru lejn il-familjari tal-vittma li. “wisq probabbli għadhom ma ngħatawx din l-aħbar kerha”.

Ekonomija

Sport