Friday, April 26, 2024

Tnejn l-Isptar wara ħabta f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-2:45 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Fiat 500 misjuqa minn Korean ta’ 40 sena residenti San Ġwann u Toyota Corolla misjuqa minn Somalu ta’ 33 sena residenti l-Fgura. Fil-Fiat kien hemm ukoll mara ta’ 30 sena mill-Islovakkja residenti San Pawl il-Baħar.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadet is-Somalu u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tas-Somalu għadhom pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport