L-Arċisqof Paul R. Gallagher fl-intervent tiegħu fis-summit tal-OSCE, esprima it-tħassib kbir tal-Papa Franġisku għall-gwerra fl-Ukrajna u dak li qiegħed iseħħ. Iddikjara li “hu kruċjali li tkun imħarsa u preservata l-OSCE bħala organizazzjoni”. Saħaq ukoll fuq l-importanza li l-kunflitt jieqaf.
Mons Gallagher enfasizza l-importanza kruċjali li jinżammu l-prinċipji tal-OSCE, li kienu stabbiliti fil-Helsinki Final Act tas-sena 1975. Spjega li l-viżjoni llum hi kompromessa minħabba nuqqas ta’ konsensus li jeżisti fi ħdan l-OSCE. Qal iżda li dan qed iseħħ l-akbar minħabba li tkissret il-fiduċja bejn Stati partikolari. “Il-Vatikan jinnota it-tħassib kbir u l-firda li teżisti u li dawn qegħdin joskuraw il-prinċipji u l-għeruq tal-OSCE”.
Tkellem dwar ir-rwol indispensabbli tal-OSCE bħala forum ta’ djalogu u negozjar u appella lill-Istati membri biex jippreservaw din il-missjoni unika.
Mons Gallagher kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Andrei Sybiha. F’din il-laqgħa bilaterali waqt li ġie infurmat bl-attakki minn naħa tar-Russja fuq persuni ċivili u fuq l-infrastruttura