Friday, November 15, 2024

Tħassib serju dwar is-sigurtà fil-kapitali tal-Ekwador wara protesti kbar

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Intern tal-Ekwador qal li l-pulizija ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurtà fil-belt ta’ Puyo u dan wara protesti kbar li kien hemm fejn għassa tal-pulizija ġiet attakkata u minn tal-inqas dimostrant wieħed tilef ħajtu. Il-Ministru Patricio Carrillo qal li hemm xejn inqas minn 18-il uffiċjal tal-pulizija li jinsabu rrapportati nieqsa. 

Dan l-episodju vjolenti żvolġa wara disat ijiem ta’ protesti nazzjonali kontra l-politika ekonomika u soċjali tal-gvern. Id-dimostranti qegħdin jitolbu għal tnaqqis fil-prezz tal-fjuwil kif ukoll tal-prodotti agrikoli. Dawn id-dimostrazzjonijiet qed iseħħu madwar il-pajjiż kollu, fejn iktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm xejn inqas minn 10,000 persuna indiġena li niżlu fit-toroq tal-kapitali Quitio bħala protesta kontra l-politika President Guillermo Lasso u l-gvern konservattiv li jmexxi. 

Il-protesti bdew iktar kmieni dan ix-xahar u kienu jikkonsistu f’għadd ta’ roadblocks permezz ta’ ħruq ta’ tyres, zkuk ta’ sigar u munzelli kbar ta’ trab. L-għan kien li jagħlqu l-aċċess lejn il-kapitali Quito. Iżda f’dawn l-aħħar jiem il-protesti żdiedu sostanzjalment. 

L-Ekwador huwa maħkum minn inflazzjoni qawwija, qgħad u faqar. Mis-sena 2020 il-prezz tad-diżil fil-pajjiż żdied b’iktar mid-doppju filwaqt li dak tal-petrol żdied sostanzjalment ukoll.

Ekonomija

Sport