Thursday, March 28, 2024

Alfred Effiong jiffirma kuntratt ta’ sena ma’ Marsaxlokk FC

Aqra wkoll

L-ex player Internazzjonali Malti, Alfred Effiong, iffirma kuntratt ta’ sena ma’ Marsaxlokk FC.

L-attakkant ta’ 37 sena għandu esperjenza wiesa’ fil-football Malti li żgur li se tkun qed tgħin lix-Xlukkajri. Huwa ngħaqad mat-team Għawdxi ta’ Kercem Ajax F.C. lura fl-2004 għal sena, u lagħab ukoll ma’ St.George’s F.C, Hamrun Spartans F.C, Qormi F.C, Valletta F.C, Gzira United F.C, Balzan F.C u dan l-aħħar ma’ Sirens F.C.

Huwa rebaħ Kampjonat Premier u Super Cup ma’ Valletta F.C. kif ukoll FA Trophy ma’ Balzan F.C. Effiong rebaħ il-premju tal-aqwa skorer fl-istaġun 2010/11 u lagħab ukoll 24 logħba mat-Team Nazzjonali Malti fejn skorja erba’ goals.

Ekonomija

Sport