Wednesday, April 24, 2024

Tweġġa’ serjament wara li tilfet il-kontroll ta’ e-kick scooter f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-Isptar wara li l-lejl li għadda, għall-ħabta tal-3:45 a.m. kienet involuta f’inċident fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 27 sena mit-Turkija u residenti Tas-Sliema weġġgħet wara li tilfet il-kontroll ta’ e-kick scooter li kienet qed issuq u nqalbet.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li fetħet inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport