Friday, November 15, 2024

The New Choral Singers b’kunċert fir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Filħlewwa ta‘ Mejju‘’ huwa t-titlu mogħti lill-kunċert li l-kor The New Choral Singers se jippreżenta nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju li ġej. Il-kunċert se jsir fil-kunvent tad-Dumnikani r-Rabat (Malta) f’kollaborazzjoni mal-Humanitas Foundation u l-Kunvent ta’ San Duminku tar-Rabat. Il-kunċert jibda fis-7:30pm.

F’dan il-kunċert il-kor se jippreżenta diversi sagri fosthom siltiet mill-‘Vesperae Solennes de Confessore’ ta’ Mozart u l-Magnificat ta’ Vivaldi. Kant ieħor jinkludi siltiet miktuba minn kompożituri famużi bħal Thomas Tallis, Orlando Gibbons, u Johann Sebastian Bach.

Bħala kompożizzjonijiet lokali l-kor ser jesegwixxi mużika ta’ Francesco Azzopardi u arranġament ġdid ta’ ‘Fil-Ħlewwa ta’ Mejju’ miktub mid-direttur tal-kor Mauro Farrugia. Dan l-arranġament se jitkanta għall-ewwel darba f’dan il-kunċert.  

Il-pjanista Irina Fedcenko-Carbonaro ser takkumpanja lill-kor fuq il-pjanu.

Id-dħul għall-kunċert huwa bla ħlas iżda se ssir ġabra b’risq il-proġett ta’ restawr ta’ diversi swali fl-istess kunvent tad-Dumnikani. Kull offerta tkun apprezzata ħafna.

Għal dawk il-persuni li jixtiequ iktar dettalji, jistgħu jidħlu fis-sit elettroniku tal-kor www.thenewchoralsingers.com

Ekonomija

Sport