Tuesday, April 30, 2024

Keith Galea, Danica Bonello Spiteri joħorġu rebbieħa tal-ewwel tellieqa tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series 2022

Aqra wkoll

Keith Galea u Danica Bonello Spiteri ħarġu rebbieħa tal-ewwel tellieqa tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series 2022 li saret fis-Salina l-Ħadd filgħodu.

Minħabba li s-serje bdiet aktar kmieni mis-soltu, il-kundizzjonijiet tal-ġurnata kienu kemxejn aktar ta’ sfida b’wetsuits li qed jintużaw fit-taqsima tal-għawm, u il-korsa tar-rota tiżloq minħabba x-xita qawwija li niżlet matul il-lejl.

Il-favorit tat-tellieqa Keith Galea (Birkirkara St. Joseph) kellu jiffaċċja lil Kai Azzopardi (Agones SFC) lik ien l-ewwel li ħareġ mill-għawma ta’ 750km. Azzopardi, li hu pjuttost ġdid fix-xena tat-triathlon approfitta mill-vantaġġ ta’ 23 sekonda fuq Galea. Madankollu daħlet l-esperjenza ta’ Galea u fit-tieni dawra Galea qabeż lil Azzopardi biex mar fil-vantaġġ. Minkejja li Azzopardi għamel minn kollox biex inaqqas id-distakk, Galea kompla fuq quddiem fil-ġirja ta’ 5km biex ħa l-ewwel rebħa tal-istaġun. Fit-tielet post kien Ryan Muscat ta’ TriGozo. Muscat kien it-tielet barra mill-ilma iżda niżel fir-raba’ post fit-taqsima tar-rota. Huwa tela’ fit-tielet post b’ġirja kostanti biex temm l-ewwel podju tas-Serje.

Danica Bonello Spiteri (Pembroke Athleta) kienet favorita oħra tat-tellieqa li rnexxielha tagħti lilha nnifisha distakk quddiem Keira Attard (Tri Gozo) u Elisa Martinotti (Birkirkara St. Joseph) fl-għawma. Bonello Spiteri żammet il-vantaġġ kollhu tagħha biex rebħet bi kważi tliet minuti vantaġġ fuq Krista Kuusijarvi, it-tieni klassifikata. Kuusijarvi, li minkejja li kellha ħin aħjar fit-taqsima tar-rota u l-ġirja, ma naqqsitx id-distakk li kisbet fl-għawm u kellha tikkuntenta bit-tieni post. Fit-tielet post kien hemm Attard, li rreġistrat t-tielet l-aħkar ħin fit-taqsima tal-ġiri tall-ġurnata.

It-trofej lill-ewwel tliet irġiel u nisa ġew ippreżentati mill-Uffiċjali tal-Club Joseph Farrugia u Maria Vella-Galea.

Il-Club ospita wkoll il-Youth Triathlon Series li għamlet ritorn wara assenza ta’ sentejn. Kienet ġurnata ta’ suċċess għat-triatleti żgħażagħ Għawdxin li ħadu l-ewwel post fil-kategoriji differenti – Oliver Buccheri (Tri Gozo, Kategorija 1), Leo Buccheri (Tri Gozo, Kategorija 2), Liam Daly (Shamrock Stars, Kategorija 3), u Chylen Fava (Tri Gozo Kategorija 4).

Il-Club nieda s-sajf annwali tal-isport tiegħu bl-ewwel tellieqa tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon and Youth Triathlon Series li għaliha kien hemm parteċipazzjoni qawwija, partikolarment fis-serje taż-żgħażagħ – dan jawgura tajjeb għall-futur tal-isport, lokalment” spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-Klabb.

Il-Klabb jirringrazzja lil Transport Malta, lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u lill-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar għall-appoġġ tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment.

It-tellieqa li jmiss tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series u l-BSJ Youth Triathlon Series se ssir il-Ħadd 3 ta’ Lulju. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online permezz ta’ din il-link – https://bsj.mt/event/2022-bsj-sprint-triathlon-series-race-2/

Go&Fun Sprint Triathlon Series – Riżultati tal-ewwel Tellieqa

1.Danica Bonello SpiteriPembroke Athleta1:09:56  
2.Krista KuusijarviShamrock Stars1:12:55  
3.Keira AttardTriGozo1:16:21  
1.Keith GaleaBirkirkara St. Joseph1:02:23  
2.Kai AzzopardiAgones SFC1:03:12  
3.Ryan MuscatTriGozo1:05:09  

Sport