Thursday, December 26, 2024

LIVE: Tkompli l-kumpilazzoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech

Aqra wkoll

Dalgħodu se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-aħħar li kienet kompliet tinstema’ l-kawża kien nhar it-13 ta’ Frar, bis-seduti sussegwenti jitħassru kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Agħmel refresh tal-paġna biex tara l-aktar informazzjoni riċenti.

13.12: Is-seduta li jmiss se tinstema’ nhar it-8 ta’ Ġunju fid-9.00 a.m. b’Theuma jkompli jagħti x-xhieda tiegħu.

13.08: l-Avukat tad-Difiża Gianluca Caruana curran jilmenta li l-Qorti kienet ilha tisma’ x-xhieda ta’ Theuma għal seba’ xhur, u li jixtieq li tibda tinstema’ x-xhieda ta’ persuni oħrajn malajr.

13.07: il-Qorti tgħid lill-Prosekuzzjoni li tixtieq li x-xhieda ta’ Theuma dwar it-traskrizzjonijiet tkun konkluża sas-seduta li jmiss.

13.06: Tiġi fi tmiemha x-xhieda ta’ Theuma għal-lum.

13.05: Arnaud jistaqsi lil Theuma dwar l-istqarrijiet li saru mill-aħwa Degiorgio li kienu qed iwaħħlu f’Cardona għall-qtil ta’ Caruana Galizia. theuma jgħid lill-qorti li Fenech kien qal li l-konverżazzjoni kienet ġiet irrekordjata minn uffiċjali tal-ħabs. Għadu mhux magħruf fejn u kif din il-konverżazzjoni ġiet rekordjata.

13.04: Azzopardi jtemm il-mistoqsijiet tiegħu lil Theuma.

13.04: Azzopardi jistaqsi lil theuma jekk kienx ittieħed ritratt ta’ Cardona mal-Fulu. theuma jwieġeb li iva. Madankollu ma setax jindika meta r-ritratt kien ittieħed, jekk hux qabel jew wara l-qtil ta’ Caruana Galizia. Jgħid li kien Fenech li qallu dwar ir-ritratt.

13.03: Theuma jgħid lill-Qorti li kien sar paranoid, u kien jiċċekkja l-aħbarijiet kull filgħodu.

12.56: Jgħid li Fenech hew Johann Cremona kienu wrewh ritratt ta’ persuna li kien għadda flus minn Cardona għall-Fulu. Jgħid li l-isem tar-raġel inkwistjoni jibda bil-“B”, iżda li ma kienx jaf l-isem kollu tiegħu.

Peter u Matthew Caruana Galizia jidhru deħlin il-Qorti aktar kmieni llum

Azzopardi jistaqsi lil Theuma jekk kienx jaf lil Mario Degiorgio. Theuma jwieġeb li kien jafu. Azzopardi jistaqsi lil Theuma jekk Degiorgio kienx semma isem persuna b’relazzjoni ma’ ġuri u somma flus. Theuma jgħid li darba minnhom Degiorgio kien semma lil ċertu David Gatt. Jgħid li qatt ma ltaqa’ jew tkellem ma’ Gatt. Qal li Gatt ried li jkollu disponibbli 400 sa żmien il-ġuri. Il-ġuri inkwisjtoni huwa dak tal-aħwa Degiorgio.

12.55: Azzopardi jistaqsi lil Theuma jekk sabhiex stramba li fil-baħar instab mowbajl li kien jintuża biex isir kuntatt ma’ Ministru. Theuma jwieġeb li “Yorgen qalli li kien instab mowbajl li l-uniċi numri li nstabu fuqu kienu ta’ Cardona u l-Fulu.”

Thuema jkompli jgħid li huwa qatt ma staqsa lil Fenech dwar għaliex kien hemm komunikazzjoni bejn kriminal u ministru.

Mistoqsi minn Azzopardi, Theuma qal li “Cardona ssemma mitt darba. Fenech qalli li kien iddaħħal l-isptar minħabba tant kemm kien inkwetat dwar il-qtil ta’ Daphne.” Theuma juża l-kelma “overdose” fit-tweġiba tiegħu.

12.40: Mistoqsi minn Azzopardi jekk Fenech qattx semma persuni oħrajn li żaru r-razzett, Theuma jgħid li darba minnhom Adrian Delia kien mar jiekol. Fl-istess waqt jgħid li jista’ jkun li Fenech seta’ kien qed jigdeb dwar l-ikla ta’ Delia, biex jurih kemm jaf nies.

12.39: Jgħid li darba minnhom waqt li kien qed iwassal lil Fenech l-ajruport, dan qalli li Valletta kien għarfu u kien qallu li wiċċu mhux ġdid mal-Pulizija. Theuma jgħid li f’dan il-punt beda jkun ossessjonat li kien se jiġi tradut, anke minħabba li qal li huwa ma kienx jaf lil Valletta u kien rah biss fuq it-TV.

12.38: Azzopardi jistaqsi lil Theuma jekk kienx imur ir-razzett ta’ Fenech b’mod regolari. Theuma jgħid li kien imur regolari. Mistoqsi jekk qattx ra lil persuni magħrufin fir-razzett, Theuma jgħid li darba minnhom kien ra lil Silvio Valletta.

12.34: Theuma jinsisti madankollu li ma jiftakarx is-sena meta saret.

12.34: L-Avukat Jason Azzopardi jibda jistaqsi lil theuma. Jgħid li jrid ikun jaf meta saret il-konverżazzjoni bejnu u Fenech, jekk saritx qabel jew wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma jgħid li saret wara l-qtil tagħha.

12.30: Theuma jgħid lill-Qorti li staqsa lil Fenech jekk kienx ċert li l-mowbajl li nstab kienx ta’ Cardona. Jgħid li staqsih jekk il-mowbajl li nstab kienx dak li Theuma nnifsu kien jagħmel użu minnu.

12.29: Arnaud jistaqsi lil Theuma x’ried ifisser meta staqsa lil Fenech x’għamel dwar Cardona. Theuma jgħid li ried ifisser x’għamel dwar il-mowbajl ta’ Cardona. Qal li staqsa lil Fenech: “U x’għamlu bil-mowbajl? Ramewh?” Theuma jgħid li Fenech wieġbu “Jaqa’ l-Gver. Dawn affarijiet serji.”

12.28: L-Ispettur Arnaud ikompli jistaqsi lil Theuma.

12.11: fir-rekording Theuma jistaqsi lil Fenech jekk kienx keith Schembri li qallu li l-mowbajl ta’ Cardona kien instab fil-baħar.

12.09: Theuma jgħid li Fenech qallu li l-mowbajl ta’ Chris Cardona kien instab fil-baħar.

12.08: il-Qorti tistaqsi lil Theuma jekk Fenech kienx qal li kien se jirranġa l-affarijiet jekk jinqabdu. Theuma jgħid li Fenech ma kienx ta tweġiba għal dan.

L-Avukat Charles Mercieca dieħel il-Qorti aktar kmieni llum

11.57: Theuma jinstem’a jistaqsi lil Fenech jekk jibżax li jinqabdu, b’dan tal-aħħar jgħidu “xi trid tagħmel?”

11.56: Theuma jikkonferma li l-leħen li jinstema’ fir-rekording huwa dak tal-mara tiegħu.

11.54: Jibda jinstema’ rekording bejn Theuma u Yorgen Fenech. Tinstema’ ssir referenza għaċ-“Ċiniż”, madankollu r-rekording mhuwiex ċar. Fir-rekording jinstemgħu ħsejjes ta’ magna, kelb, u ilħna ta’ mara u tfal jgħajtu.

11.44: Jidħol fl-awla Melvin Theuma.

11.40: L-Avukat Gianluca Caruana Curran qed jobjezzjona għall-fatt li Melvin Theuma jista’ jkollu aċċess għat-traskrizzjonijiet qabel jagħti x-xhieda tiegħudwar il-parti partikolari ta’ traskrizzjoni. Il-Maġistrat tgħid li l-Qorti diġà kienet tat l-ordni tagħha biex theuma jingħata aċċess għat-traskrizzjonijiet.

11.39: Arnaud u Azzopardi qed jiddiskutu dwar jekk rekording li nstema’ f’seduta preċedenti għndux jinstema’ mill-ġdid. Fir-rigward ta’ dan ir-rekording hemm diskrepanzi fit-traskrizzjonijiet.

11.36: L-Ispettur Keith Arnaud u l-Avukat Jason Azzopardi u l-Maġistrat qed jiddiskutu d-diskrepanzi fit-traskrizzjonijiet. Azzopardi saħaq li huwa u Arnaud sabu diskrepanzi sostanzjali fit-traskrizzjonijiet.

11.34: Il-Maġistrat Rachel Montebello terġa’ tidħol fl-awla.

11.27: Fl-awla hemm preżenti l-Avukat Charles Mercieca, li b’mod kontroversjali ngħaqad mat-tim legali tad-Difiża wara li kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Huwa deher jitkellem ma’ avukati oħrajn membri mit-tim ta’ Difiża ta’ Fenech.

L-Avukat Charles Mercieca

10.52: Il-Maġistrat Rachel Montebello għadha qed tiddiskuti mal-partijiet konċernanti it-traskrizzjonijiet.

10.31: L-Avukat Jason Azzopardi, li qed jidher għall-familja Caruana Galizia, jgħid li sab diskrepanza fit-traskrizzjonijiet ma’ rekordings preedenti. Qal li kelma partikolari li kienet tinstema’ fl-awdjo ġiet rappreżentata bi tliet dots fit-traskrizzjoni. Huwa rrefera għal istanzi oħrajn ta’ diskrepanzi.

Ir-rekordings saru minn Melvin Theuma.

10.24: Jibdew jinstemgħu rekording.

10.12: Preżenti fl-awla hawn ukoll tliet uffiċjali tal-ħabs armati.

L-allegat middleman Melvin Theuma mal-wasla tiegħu l-Qorti aktar kmieni llum

10.10: Se jkun qed ikompli jagħti x-xhieda tiegħu Melvin Thuema, l-allegat middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia, li jinsab barra mill-awla flimkien ma’ żewġ uffiċjali tas-sigurtà. Huwa se jkun assistit mill-Avukat Matthew Brincat.

10.09: Preżenti fl-awla hemm Yorgen Fenech; ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia, Peter Caruana Galizia; oħt il-vittma, Corinne Vella, u binha Matthew.

Ekonomija

Sport