Saturday, June 22, 2024

Thiago Motta jinħatar coach ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus ħatru formalment lil Thiago Motta bħala l-coach il-ġdid tagħhom wara li wassal lil Bologna għall-kwalifikaz­zjoni fiċ-Champions League wara li temmew l-istaġun tas-Serie A fil-ħames post.

Dan jirrappreżenta bidla kbira fid-direzzjoni mill-Bianco­neri, li x-xahar li għadda keċċew lil Massimiliano Allegri, jiem biss wara li rebaħ il-Coppa Italia meta fil-finali għelbu lil Atalanta 1-0 fl-Olimpico ta’ Ruma.

Thiago Motta ffirma kuntratt sa Ġunju 2027 li huwa maħ­sub li jiswa €3.5 miljun kull staġun flimkien ma’ bonuses li jogħlew għal massimu ta’ €5 miljun.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport