Ġurnalist magħruf ta’ gazzetta minn Turin ikkritika bl-aħrax lill-kowċ ta’ Juventus Thiago Motta li skont hu qed iġib skuża wara l-oħra filwaqt li jitkellem qisu mhux hu wara dawn l-aħħar partiti li i Bianconeri qed jilagħbu.
Dan l-istess ġurnalist qed jgħid li hu inaċċettabbli li t-tim jitlef 17-il punt fil-klassifika meta dejjem kien fil-vantaġġ u jew jispiċċa jintlaħaq u b’hekk jispiċċa fi draw jew inkella saħansitra jitlef kif ġara fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Napoli.
Hu temm jgħid li d-diriġenti tal-klabb iridu jaraw x’se jagħmlu għax b’dan il-pass se jkun diffiċli jiġu mal-ewwel fil-kampjonat u għalhekk jitilfu ċ-ċans li jilagħbu fil-UEFA Champions League.