Sunday, September 8, 2024

Thibaut Courtois barra għal xahrejn

Aqra wkoll

Il-goalkeeper internazzjonali Belġjan Thibaut Courtois ma tantx għandu xorti f’dawn il-jiem meta weġġa’ waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ Real Madrid ilbieraħ. Hu jidher li weġġa’ rkupptejh il-leminija fejn se jkollu jibqa’ xahrejn barra fejn prattikament l-istaġun tiegħu spiċċa hawn.

Courtois mistenni jkun lest għat-tim nazzjonali Belġjan għall-kampjonat Ewropew li se jsir fil-Ġermanja f’Ġunju u Lulju li ġej għalkemm it-tobba qalulu li jridu jaraw sew il-kundizzjoni fiżika tiegħu.

Ekonomija

Sport