Wednesday, July 24, 2024

Real Madrid se jirrappurtaw lir-referee Juan Munera

Aqra wkoll

Real Madrid ħabbru li se jkunu qed jirrappurtaw lir-referee Juan Martinez Munera li kien qed jikkontrolla l-logħba tagħhom tal-kampjonat Spanjol kontra Osasuna. It-tim immexxi minn Carlo Ancelotti rebaħ din il-partita bl-iskor ta’ 4-2 sabiex għamel pass kbir lejn ir-rebħ tat-titlu.

Li ġara kien li l-partitarji ta’ Osasuna preżenti f’Estadio El Sadar bdew jinsulentaw b’korijiet razzisti lill-plejer ta’ Real Madrid Vinicius Junior.

Il-plejers ta’ Real Madrid bdew jappellaw lir-referee sabiex jissospendi l-logħba, xi ħaġa li hu ma tax kas u ħalla kollox għaddej.

Il-Merengues fi stqarrija qed isostnu li Munera injora kompletament dawn il-korijiet razzisti u hu prattikament kien qisu kompliċi magħhom.

Ekonomija

Sport