Wednesday, July 24, 2024

Francesco Calzona jmur iħarreġ lis-Slovakkja

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Napoli Francesco Calzona ħalla Castel Volturno sabiex imur imexxi lit-tim nazzjonali tas-Slovakkja għall-partiti li għandhom kontra l-Awstrija u n-Norveġja.

Calzona kien ftiehem mal-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis li hu kien se jkollu jħalli lill-Partenopei għal numru ta’ ġranet sabiex jibda l-preparazzjoni mas-Slovakki peress li hu żamm il-kariga ma’ dan it-tim nazzjonali.

F’dawn il-jiem li Calzona se jkun fi Bratislava, se jkun Gianluca Grava, wieħed mill-preparaturi fiżiċi ta’ Napoli li se jmexxi s-sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ plejers li se jifdal u li mhux se jkunu impenjati mat-timijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.

Ekonomija

Sport