Thursday, September 19, 2024

Thomas Muller jibqa’ leali lejn Bayern Munich

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Ġermaniż Thomas Muller kien qed jitkellem f’intervista li ta lill-gazzetta tal-pajjiż. Hu qal li qed jaħdem aktar milli suppost sabiex iżomm il-forma fiżika tiegħu, anke għax issa qed jikber u għandu 34 sena. Hu sostna li jrid iżomm il-kompetizzjoni mad-diversi attakkanti li hemm fl-iskwadra għax jaf li mhux se jkun faċli li jżomm postu mal-ewwel ħdax.

Muller minn dejjem lagħab ma’ Bayern Munich fejn ilu 24 sena jilbes il-flokk tat-tim mill-Bavarja. B’kollox lagħab 475 logħba u skorja 150 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport