Saturday, July 25, 2026
Home Sport Ferland Mendy jweġġa’ mat-tim nazzjonali Franċiż

Ferland Mendy jweġġa’ mat-tim nazzjonali Franċiż

0
103

Il-winger xellugi Ferland Mendy weġġa’ waqt li kien qed jitħarreġ mat-tim nazzjonali Franċiż. Wara testijiet mediċi li sarulu, ma jidhirx li għandu xi affarijiet kbar f’koxxtu għalkemm din l-injury ma tantx ġiet meħuda tajjeb mill-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti. L-istess kowċ qed jispera li meta jerġa’ jibda l-logħob fuq livell ta’ klabb, Mendy jkun parti mit-tim għal-logħba kontra Real Sociedad fl-14 ta’ Settembru li ġej.

Mendy għandu 29 sena u lagħab 117-il logħba mal-Madrileni filwaqt li skorja erba’ gowls.