Friday, July 24, 2026
Home Sport Thomas Tuchel jitlob paċenzja fil-kwistjoni Harry Kane

Thomas Tuchel jitlob paċenzja fil-kwistjoni Harry Kane

0
361

Hekk kif kien qed jitkellem waqt konferenza stampa, il-kowċ ta’ Bayern Munich Thomas Tuchel ġie mistoqsi dwar wieħed mix-xewqat tiegħu li jkollu lill-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane fl-iskwadra tiegħu. 

Minkejja kollox, Tuchel qal li ma jixtieqx jitkellem fuq plejers li għadhom taħt kuntratt mat-tim rispettiv tagħhom għalkemm ammetta li qed ifittxu ‘l hekk imsejjaħ numru 9, attakkant perikoluż u bix-xamma tal-gowl. 

Tuchel temm jgħid li se jħalli f’idejn id-diriġenti tiegħu sabiex jiksbu l-akkwisti tant importanti għat-tim minn Munich.