Wara l-argument qawwi li kellhom wara d-draw ta’ 2-2 fi Stamford Bridge, il-coach ta’ Chelsea Thomas Tuchel ġie sospiż logħba u mmultat filwaqt li dak ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte, ġie mmultat biss.
Iż-żewġ coaches ġew akkużat mill-FA Ingliża b’imġiba inaċċettabbli hekk kif marru jieħdu b’id xulxin eżatt wara l-logħba.
Minbarra li ġie sospiż partita, Tuchel ġie mmultat £35,000 filwaqt li Conte ġie mmultat £15,000.
Huma ngħataw iċ-ċans biex jappellaw.