Wednesday, April 24, 2024

Tħoss li l-arti qed tgħinha timxi l-quddiem, tiftħilha toroq li qatt ma basret li ser issib

Aqra wkoll

Silvana Camilleri nee’ Tabone, mwielda il-Pieta’ fis-26 ta’ Novembru 1976. Mrobbija ġewwa Żejtun u hi ġenitur ta’ l-uniku wild tagħha b’isem ta’ Estelle. Ħolqot l-isem tal-arti tagħha għal-laqam tal-familja minn naħa ta’ missierha li jieħdu l-laqam taċ-Ċmajra. Il-paġna tal-Arti tagħha ssemmiet ĊmajraArt by Silvana. 

Ilha minn ta’ etá żgħira tħobb l-arti, u minn dejjem uriet ix-xewqa li titgħallem u dejjem espremiet ruhħa bl-arti. L-iskola għażlet l-arti u kompliet it-taħriġ fuq l-arti wara li spiċċat s-sekondarja. Ħadet taħriġ mingħand l-artist Lino Borġ li kien l-għalliem tagħha fis-Sekondarja. 

Baqgħet għaddejja bit-tagħlim sakemm għalqet l-eta ta’ 22 sena. Kellha opportunita’ li tiltaqa’ ma’ artisti Maltin u tara kif jaħdmu. Matul is-snin Silvana kienet tieħu taħriġ ġewwa l-iskola tal-arti ġewwa n-Naxxar ma’ artisti oħra fejn kienu jkollhom classes ta Nudiżmu, fejn kien ikollhom mudell jew mudella u kien ikollhom sessjonijiet varji jpinġu l-pożi lil-mudell jew mudella jkunu fiha.

Għalkemm l-arti kienet minn dejjem tħobbha, Silvana kienet fil-kor tar-raħal tagħha ġewwa ż-Żejtun minn ta’ eta żgħira fejn kienet parti mill-kor ta’ Joe Caruana l-organista. Meta kellha l-etá ta’ 30 sena daħlet f’kor ieħor ġewwa Santa Lucia bhala waħda mil-Altos ma’ Gospel choir li għamlet fih għal disa’ snin sħaħ u anke marret tirrapreżenta lil Malta f’postijiet internazzjonali bħal Dublin fl-Irlanda u Kent ġewwa l-Ingilterra. 

Madwar tliet snin ilu, qabel tfaċċat il-pandemija tal-Covid-19, ġietha opportunitá li kellha parti ewlenija f’kummiedja ġewwa l-Isla bħala s-Sinjura Ċetta fejn kellha parti ewlenija. Peró, meta tfaċċat il-pandemija, Silvana xtaqet tieqaf kemm mid-drama kif ukoll mill-kant li tant kienet tħobb, biex b’hekk tiddedika aktar ħin għall-arti. 

Bdiet billi għamlet il-paġna tal-arti tagħha fuq facebook u semmietha għal-laqam tal-Familja tagħha taċ-Ċmajra, u dan għamlitu għax madwar erba’ snin ilu tilfet lil missierha bil-marda tal-kanċer u t-telfa tiegħu riedet tagħmilha f’tifsira ħelwa li hi l-arti, għax missierha kien dejjem jinkoraġġiha fl-arti u kien jammira l-arti b’mod ġenerali. 

Fil-familja ta’ missierha, kellha min kien tajjeb fil-mużika u kif ukoll fl-iskultura. Minn tliet snin ilu ‘l hawn, Silvana, kellha ordnijiet “commissions” minn diversi klijenti fuq suggetti varji. Kienu diversi li ħadmet fuqhom, użat kull tip ta medium, akwarelli, acrylics, pinna, pastels u s-suġġetti kienu varji bħal xeni ta’ Malta, annimali, abstracts, portraits insomma lista twila. L-aktar suġġetti li 

Silvana tħobb tagħmel fl-arti tagħha tpinġijiet ta’ għasafar u xeni lokali u l-aktar medium li tħobb tuża huma l-akwarelli mal-pinna.

Ħadet sehem f’wirjiet ta’ arti ma’ artisti oħrajn f’diversi postijiet ġewwa Malta. Tagħmel parti minn Art Club 2000 u grupp ieħor ġewwa Bormla, fejn hemm artisti oħra li jaqsmu l-arti bejniethom u jorganiżżaw wirjiet, diskussjonijiet u ħruġ bejniethom. 

Riċentement, kellha wirja bħala Solo artist li marret tajjeb ħafna u kellha rispons kbir mill-pubbliku ġenerali. Kienet wirja li Silvana kienet l-unika artista fl-arti u ssieħbet f’din il-wirja ma’ fotografu li huwa anke ħabib tagħha Charles Vassallo. Il-wirja kienet unika, fejn l-fotografu ħa ritratti ta’ suġġetti varji li aħna mdawwrin bihom, ġew printjati Monochrome u 

Silvana pinġiet direttament fuqhom u reġgħet tagħat ħajja mil-ġdid billi is-suġġett ta’ kull ritratt ġie impitter b’mod għaqli. Il-kunċett ta’ din il-wirja jibqa’ xorta li kull ritratt esebit juri li hemm żewġ tipi ta’ mediums – dak tal-arti u dak tal-fotografija. 

Hi għandha aktar ħolm u aktar proġetti għall-futur qrib relatati mal-arti fejn diġá qed taħdem fuqhom. Tħoss li l-arti qed tgħinha timxi l-quddiem, tiftħilha toroq li qatt ma basret li ser issib, u tiltaqa’ ma’ nies u opportunitajiet ġodda b’mod kontinwu.

Sport