Wednesday, April 24, 2024

Mistenni jittella’ l-Kunċert Mużikali Annwali tal-1 ta’ Settembru fil-Mellieħa

Aqra wkoll

L-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina tal-Mellieħa se tkun qiegħda żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru fit-20.30 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarità kbira u li jkun mistenni minn ħafna. Dan se jkun qed isir wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija.

Dan il-kunċert se jkun imżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, kantanti, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra fosthom Ludwig Galea, Jolene Samhan, t-Tenur Brian Cefai u l-Amadeus Chamber Choir u żeffiena mill-Artemocion Dance and Leisure Studio li żgur għandu jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tistieden lill-pubbliku sabiex jattendi
għal dan il-kunċert ferm imżewwaq bħal dejjem f’din is-sena b’mod partikolari hekk kif qegħdin niċċelebraw il-75 sena anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda fl-1947.

Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa kemm ta’ lejliet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma fir-responsabiltà tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda. Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa, hija kompożizzjoni tal-eks-surmast tal-Għaqda Mro Carmel Muscat (il-Captain), filwaqt li t-tliet antifoni li jżewwqu din il-festa huma ta’ Mro. Carmel Muscat, Mro Vincenzo Ciappara u Aronne Sultana.

Id-direzzjoni mużikali kemm tal-programm tal-1 ta’ Settembru, kif ukoll il-mużika fil-festa tal-Vitorja, se tkun ta’ Mro. Michael Bonanno.

Sport