Wednesday, July 24, 2024

Tiago Djalo fil-mira ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus lesti li jsibu l-werriet ta’ Alex Sandro li se jħalli lill-klabb fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u se jmorru għall-winger u difensur ta’ Lille Tiago Djalo. Dan tal-aħħar diġa’ kellu esperjenza fis-serie A Taljana meta lagħab ma’ AC Milan fl-2019 għalkemm ftit kien regolari dak iż-żmien.

Djalo ilu ma jilgħab sa minn Marzu li għadda minħabba injury u għandu l-ħajra li jibda bil-mod. I Bianconeri qed jittamaw li jakkwistawh matul dan ix-xahar sabiex il-plejer jilħaq jambjenta ruħu f’Turin.

Djalo lagħab ukoll ma’ Sporting Lisbon fil-passat.

Ekonomija

Sport