Tuesday, September 24, 2024

Tibda attività f’Għawdex biex jitfakkar il-Jum Dinji tal-Qalb

Aqra wkoll

Ftit tal-minuti ilu, f’Villa Rundle bdiet attività li se tfakkar il-Jum Dinji tal-Qalb. Din l-attività fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex tibqa’ għaddejja sal-10.00am.

Dawk kollha li se jattendu se jkollhom iċ-ċans jingħataw informazjoni dwar saħħithom, jipprovaw il-pressjoni, iz-zokkor u anke l-BMR. Persuni professjonali se jkunu qegħdin jagħtu pariri lil dawk preżenti dwar kif iżommu saħħithom tajba.

Waqt l-attività li hija organizzata mir-resuscitation committee tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jingħata tagħrif dwar kif wieħed għandu jċempel fuq in-numru tal-emerġenza 112.

Fost it-tagħlim edukattiv li se jkun qiegħed jingħata se ssir spegazzjoni kif wieħed jibda CPR f’każi ta’ emerġenza sakemm ħdejn il-pazjent jasal it-tim mediku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport