Saturday, November 16, 2024

Tibda l-era l-ġdida tat-team nazzjonali Taljan … bi draw kontra l-Ġermanja fil-UNL

Aqra wkoll

L-era l-ġdida tat-team nazzjonali Taljan bdiet bi draw ta’ 1-1 f’partita impekkabbli kontra l-Ġermanja, hekk kif Lorenzo Pellegrini fetaħ l-iskor għall-Azzurri iżda Joshua Kimmich kiseb id-draw għall-viżitaturi. Madankollu, Wilfried Gnonto ta’ 18-il sena kellu debutt tal-ħolm meta kien hu li pprovda l-assist lil Pellegrini.

It-Taljani kellhom bosta players neqsin minħabba  injuries filwaqt li bosta mill-players veterani tħallew barra … hekk kif bdiet l-era l-ġdida bil-UEFA Nations League fi Stadio Dall’Ara, f’Bologna. 

Il-coach, Robert Mancini, għamel xejn inqas minn 10 bidliet mit-team li tilef bl-iskor ta’ 3-0 kontra l-Arġentina fil-Finalissima, nhar l-Erbgħa li għadda.

It-Taljani fetħu l-iskor fis-70 minuta meta s-sositut Gnonto, li kien fil-ground ftit minuti, xeħet cross insidjuż fil-kaxxa avversarja fejn Pellegrini kompla l-ballun għal ġewwa. 

Iżda dan il-vantaġġ dam jitgawda biss tliet minuti meta Kimmich xeħet fix-xibka minn rebound bil-ballun jaħbat ma’ id Timo Werner fil-proċess tal-azzjoni. Iżda dan l-inċident ġie ġġudikat bħala wieħed mhux intenzjonat minħabba li Werner kien wisq viċin tal-azzjoni biex ir-referee seta’ jsaffar għal handsball.

Peró Mancini kien kuntent bil-prestazzjoni tal-players tiegħu hekk kif il-players żgħażagħ lagħbu bħal veterani u għaldaqstant il-futur jidher wieħed pożittiv. 

Ekonomija

Sport