Wednesday, December 25, 2024

Tibda petizzjoni biex Aidan jitħalla jipparteċipa fil-Malta Eurovision

Aqra wkoll

Hekk kif ħafna mid-delettanti tal-mużika lokali b’mod speċjali dawk tal-Eurovision ħadu l-aħbar li l-kantant Aidan ġie swalifikat, bdiet petizzjoni bit-tama li l-PBS iħallih ikanta.

Il-petizzjoni li bdiha Christopher Pace sakemm qed jinkiteb dan l-artiklu kienet diġà ġie ffirmata minn 1,142 persuna.

Dawk li qegħdin jiffirmaw qegħdin jgħidu li “l-iswalifikazzjoni ta’ Aidan ma hix ġustifikata u kull artist għandu jingħata li jkolu proċess trasparenti u ġust.”

Għalhekk qegħdin jitolbu lill-organizzaturi biex b’mod immedjat Aidan jerġa’ jiddaħħal fil-kompetizzjoni.

Jirriżulta li Aidan tefa’ parti mid-diska tiegħu fuq il-midja soċjali u allegatament kiser wieħed ir-regolamenti. Uffiċjali tal-PBS f’kummenti li taw lil sezzjoni tal-midja lokali qalu li kienu wissew lil Aidan kemm-il darba biex ma jkomplix jitfa’ aktar post fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport