L-MFA ħabbret numru ta’ bidliet fil-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej tal-BOV Premier League, BOV Challenge League u n-National Youth League peress li l-pitches kemm tal-Istadium Nazzjonali kif ukoll ta’ Tony Bezzina Stadium mhumiex fl-aħjar kundizzjoni.
Is-Sibt, Zebbug Rangers u Birkirkara se jilagħbu fl-Istadium Nazzjonali, bil-logħba tibda fis-6.30 pm filwaqt li Marsaxlokk kontra Mosta se jilagħbu fis-Centenary Stadium, fis-6.30 pm ukoll.
Imbagħad l-għada l-Ħadd, Sta Lucia kontra Balzan se tintlagħab f’Tony Bezzina Stadium, u tibda fis-6.30 pm filwaqt li Hibernians kontra Hamrun Spartans se jiltaqgħu nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali, bil-logħba tibda fis-7.30 pm.
Il-logħbiet fil-programm ta’ nhar il-Ġimgħa: Gudja United kontra Gzira United, Pietá Hotspurs kontra Valletta u dik tas-Sibt bejn Sirens u Floriana se jintlagħbu kif kien oriġinarjament skedat.
Sadanittant nhar it-Tnejn fis-Centenary Stadium tintlagħab il-partita tal-BOV Challenge League bejn Mqabba u Fgura United, li tibda fis-6.30.