Thursday, December 19, 2024

Tibdil fil-miżuri ta’ prevenzjoni fil-knejjes mit-2 ta’ Mejju li ġej

Aqra wkoll

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tfakkar lill-pubbliku li min-nhar it-Tnejn li ġej, 2 ta’ Mejju 2022, il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-COVID-19 mhux se jibqgħu fis-seħħ waqt il-quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil-preżenza tal-pubbliku fil-knejjes. 

Dan se jkun qed iseħħ wara li l-ġimgħa l-oħra l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru r-rilaxx ta’ iżjed miżuri. Naturalment, f’każ li jinħarġu miżuri oħra, il-pubbliku għandu josserva l-iktar regoli riċenti mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa. 

Minkejja t-tibdil fil-miżuri, hu rrakkomandat li fil-knejjes jibqa’ jintuża s-sanitizer, b’mod speċjali minn dawk involuti direttament fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa — fosthom dawk li jqarbnu. 

Il-Knisja tħeġġeġ sabiex l-Insara jkomplu jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd. 

Ekonomija

Sport