Tuesday, May 14, 2024

“Ma jirriżultax li ntlaħqet il-kwota tal-1,500 gammiema” – Ministeru għal Għawdex

Aqra wkoll

B’referenza għall-istqarrijiet li saru iktar kmieni llum, il-Wild Bird Regulation Unit tfakkar li qed issegwi kontinwament l-istaġun tal-kaċċa tal-gammiema u s-summiena.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex intqal li ma jirriżultax li ntlaħqet il-kwota tal-1,500 gammiema kif intqal fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ BirdLife Malta.

Dan wara li BirdLife Malta qalet li temmen li wara ġimgħa mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-Gamiema, il-kwota ta’ 1,500 Gamiema nqabżet. 

Hija qalet li l-ammont ta’ Gamiem li deher qed ipassi u l-intensità tal-attività tal-kaċċa li ġiet osservata mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-Gamiema fis-17 t’April lil hawn huma fost l-indikaturi ta’ dan, apparti mill-preżenza aktar qawwija talkaċċaturi fil-kampanja dan l-istaġun, inkluż f’postijiet pubbliċi li ma setgħux jiġu gawduti mill-pubbliku ġenerali. 

Sport