Monday, April 29, 2024

Ħaddiem jindarab gravi wara li ntlaqat minn oġġett tal-ħadid

Aqra wkoll

Ħaddiem weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem f’sit viċin Triq Ġuże D’Amato, f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ llum għall-ħabta tal-11.00a.m.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Tork ta’ 26 sena, residenti Birkirkara sofra ġrieħi meta ntlaqat minn oġġett tal-ħadid, waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn fuq trakk.

Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport