Monday, April 15, 2024

Jiġbor $2,000 għal xelter tal-annimali wara li ra li l-qtates ma kellhomx ġugarelli biex jilagħbu

Aqra wkoll

Tifel ta’ disa’ snin ta donazzjoni ta’ xejn inqas minn $1,150 lil santwarju tal-annimali, liema flus ġabarhom fi tmiem il-ġimgħa wieħed grazzi għal stand tal-luminata li huwa organizza. 

Din kienet it-tielet darba li Ben Miller minn Boise Idaho organizza ġabra ta’ fondi bl-ewwel waħda tkun fl-2019. Kollox kien beda meta darba waħda, flimkien man-nanna tiegħu, kien żaru s-santwaru ta’ Idaho Humane Society u hemm kien innota li l-qtates ma kellhomx ġugarelli biex jilagħbu. Dakinhar hu ddeċieda li jagħmel xi ħaġa, u minn dakinhar sal-lum huwa ġabar xejn inqas minn $1,950 li kollha marru għal din il-kaw­ża.

Għall-aħħar avveniment li organizza, omm Ben – Amy Miller – ħolqot paġna apposta fuq Facebook u grazzi għaliha ġew diversi nies mill-madwar. Għadd ta’ persuni oħrajn saħansitra bagħtu l-flus anke jekk ma marrux jieħdu l-luminata. 

Ben qal li huwa mhux beħsiebu jieqaf hawn anzi huwa determinat li jkompli għaddej bix-xogħol karitattiv għal dan is-santwarju. Min-naħa tagħha, omm Ben qalet li kienet taf li binha għandu qalbu tajba ħafna, iżda din kienet xi ħaġa li anke lilha ssorprendiet u hija kburija ħafna bih. 

Ekonomija

Sport