Sunday, December 22, 2024

“Tibżgħux tersqu ’l quddiem”

il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Inħeġġu sabiex l-individwi jersqu ’l quddiem meta jkunu qegħdin jesperjenzaw il-vjolenza, imma wkoll sabiex l-persuni ta’ madwarhom joħolqu spazju sigur u jibdew il-konverżazzjoni xierqa meta jissuspettaw li xi ħadd qrib tagħhom qed jesperjenza vjolenza. Bħala soċjetà wkoll irridu nkissru s-silenzju billi niddiskutu b’mod liberu u matur l-impatt li jħallu l-inugwaljanzi u l-vjolenza domestika fuq l-individwi, il-familji u fuq is-soċjetà b’mod ġenerali”.

Dan kien il-kumment li tat lil dan is-sit il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan, b’rabta mal-kampanja li tnediet ftit tal-jiem ilu dwar is-16-il jum ta’ attiviżmu b’kuxjenza dwar il-vjolenza domestika bit-tema ‘Beat the Silence’.

Pace Gasan saħqet li dawn is-sittax-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abażżi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika huma avveniment annwali fuq livell internazzjonali sabiex fis-soċjetà titqajjem iktar l-għarfien dwar din l-isfida soċjali u ekonomika.

Ekonomija

Sport