Tifel ta’ 8 snin qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tama f’San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma, li huwa mill-Bożnija u Herzegovina, intlaqat minn minn karozza tat-tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel ta’ 29 sena mill-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.