Friday, December 13, 2024

Tifel bl-awtiżmu “jitla’ s-sema” bis-saħħa ta’ pulizija fl-emerġenza

Tbissima u badge kienu biżżejjed biex jgħinu lit-tifel jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, fil-midja kompliet tiżdied il-kuxjenza ta’ ġenituri bl-awtiżmu u oħrajn li ssimpatizzaw wara imġiba xejn mixtieqa li esperjenzat mara waqt li kienet ma’ binha f’kafetterija f’Tas-Sliema.

Fost il-ħafna esperjenzi sbieħ li jagħmlu tajjeb għal dawn il-kummenti negattivi ta’ persuni li saħansitra ntqal li dawn it-tfal huma “perikolużi” u li “mhux posthom ma’ tfal normali” kien hemm dik ta’ uffiċjal tal-pulizija li lil hinn mill-irwol tiegħu, għażel li jferraħ tifel bl-awtiżmu waqt ħidma fid-Dipartiment tal-Emerġenza.

Mara li s-Sibt li għadda assistiet għal dan il-mument qalet li kienet qiegħda tistenna ma’ ommha, meta lemħu tifel li deher li kien ibati minn xi kundizzjoni. Innutawh li beda jsir iżjed anzjuż u bħal donnu ma felaħx jissaporti iżjed bilqiegħda. Kien f’dan il-ħin li nzerta għaddej uffiċjal tal-Pulizija b’xi karti u li xħin rah f’dik il-kundizzjoni, mar fuqu, tbissimlu u għamillu high five.

Dan it-tifel bħal donnu kkalma u meta ġie biex jitlaq minn ħdejh, l-uffiċjal tah badge tal-Pulizija li għalih dan it-tifel kien qisu rebaħ xi midalja u spiċċa jxejjer lill-Pulizija u anke jitfagħlu l-bews meta dan ġie biex ikompli b’xogħlu.

Il-mara qalet li għalkemm ma tafx min hu l-uffiċjal, vera ħaqqu jiġi rikonoxxut għal dan il-ġest sabiħ tiegħu. Intant dan is-sit jinsab infurmat li din mhix l-ewwel darba li l-uffiċjal imsemmi wettaq ġesti simili waqt ħidmietu.

Ekonomija

Sport