Sunday, May 25, 2025

Tifel fil-periklu tal-mewt wara ntlaqat minn vettura f’Buġibba

Aqra wkoll

Tifel ta’ 5 snin sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni illum, għall-ħabta tas-1.15pm, intlaqat minn vettura fi Triq iċ-Ċern.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa sofra xi ġrieħi f’rasu meta intlaqat b’mera ta’ VolkswagenPolo li kienet qed tiġi misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku assista lit-tifel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D. kien infurmat u ħatar inkjesta dwar il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport