Friday, July 19, 2024

“Tifel ikollu jiġbor lil ommu fis-sodda għax tkun fis-sakra”

- L-Isqof Anton Teuma

Aqra wkoll

L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza nazzjonali organizzata mill-Fondazzjoni OASI bit-tema “Il-Familja u l-Addiction” qal li hija għafsa ta’ qalb li tfal qegħdin ikollhom iġorru responsabbilità żejda.

Semma każ ta’ tifel li jrid jiġbor lil ommu u jdaħħala fis-sodda għax tkun fis-sakar. Qal li dawn is-sitwazzjonijiet mhux qegħdin jagħmlu ġid lill-familji u lis-soċjetà.

Hu tkellem ukoll dwar l-aħbar xokkanti li sa Mejju li għadda fi Sqallija kienu rraportati 17-il każ ta’ overdose fit-tfal u dan irriżulta li l-istess tfal ħadu d-droga minn tal-ġenituri tagħhom.

L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma fejn qal li l-addiction hija tip ta’ relazzjoni. Kompla jgħid li kull bniedem huwa addict. Stqarr li kulħadd għandu bżonn li jkun f’xi tip ta’ relazzjoni u meta tibda titneħħa din il-libertà hemmhekk “aħna nsiru addicts.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport