Friday, July 19, 2024

“Kull fejn tkun kont tnissel tbissima”

Iħalli din id-dinja Austin Xerri

Aqra wkoll

“Kull fejn tkun kont tnissel tbissima”… “Kont tkellem lil kulħadd u tħobb lil kulħadd.” Dawn kienu żewġ messaġġi minn mijiet li nkitbu fuq il-midja soċjali hekk kif madwar Malta u Għawdex ġriet l-aħbar li Austin Xerri jew kif kien magħruf “Wistin” kien ħalla din id-dinja.

Wistin kellu 40 sena u kien magħruf sew fix-xogħol tiegħu fl-industrija tal-ospitalità tant li kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa barmen li hawn fil-pajjiż.

Dawk kollha li jafu lil Wistin li hu minn Għawdex jafu l-karattru ferrieħi li kellu u dejjem sab mod kif inissel tbissima fuq wiċċ dawk il-persuni li jagħmlu kuntatt miegħu.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit u anke li kienu l-iskola miegħu jiddiskrivu lil Wistin bħala “bniedem enerġetiku” li dejjem “kien jara x’jivvinta l-iskola, iżda bl-ebda mod qatt ma weġġa’ lil ħadd”.

Wistin kien jattendi l-iskola sekondarja ta’ Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex u minn dejjem wera l-interess tiegħu fl-industrija tal-ospitalità. Wara li temm is-sekondarja mill-ewwel kien qabad din il-linja u anke għamel żmien jaħdem barra minn Malta fosthom fil-belt ta’ Londra. Kien ukoll għamel żmien jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ ma’ linja tal-ajru barranija.

Wara li reġa’ rritorna lura lejn pajjiżna hu dejjem ħadem Malta u l-aħħar impjieg li kellu kien fir-restorant rinomat Root 81. Hu kien miżżewwġ u kellu tifla.

Intant Michelle Muscat President tal-Malta’s Association of Catering Establishments f’kummenti ma’ dan is-sit qalet li l-Assoċċazzjoni turi s-sogħba tagħha għall-mewt ta’ Wistin Xerri, persuna prominenti fis-settur kulunarju. “Bniedem ta’ prinċipju, etika u talent li ċertament se jinħass in-nuqqas tiegħu. L-ACE tesprimi l-kondokjanzi lill-familja ta’ Wistin,” itemm tgħid Muscat.

Wistin miet ilbieraħ is-Sibt b’mewta naturali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport