Saturday, July 20, 2024

Il-ġimgħa d-dieħla nistennew temperaturi ta’ 35°C

Aqra wkoll

Hekk kif is-sajf dieħel sew fl-aqwa żmien tiegħu, il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin nistennew temperaturi ta’ 35°C.

Dan qalu Gordon Grech fuq is-sit l-Aġġornament tat-Temp fejn spjega li temp stabbli se jkun miegħu temperaturi għolji.

Fil-fatt għada t-Tnejn nistennew riħ mill-Majjistral Forza 3 li jitla’ għal 4 b’temperatura tilħaq il-34°C. Imbgħad it-Tlieta temp ikun xemxi u sħun b’riħ mill-Punent forza 2 għal 3. It-temperatura tilħaq il-35°C.

L-Erbgħa imbgħad it-temp se jibqa’ bħal ġurnata ta’ qabel iżda r-riħ ikun wieħeb varju forza 2 għal 3. Il-Ħamis ir-riħ idur Majjistral forza 3 filwaqt li t-temperatura tibqa’ 35°C.

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej inkomplu nistennew temp sħun u xemxi fejn il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd it-temperatura tilħaq l-34°C.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport