Tifel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li tifel ta’ 13-il sena kien intlaqat minn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena li tirrisjedi fl-istess lokalità tal-inċident.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lit-tifel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.