Tifel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Flora, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ 10 snin, li kien qiegħed isuq rota, ġie milqut minn Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.
It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.