Friday, November 22, 2024

Tifel mixli bil-qtil ta’ ħames persuni akkużat bħala adult

Aqra wkoll

Is-suspettat ewlieni tal-isparatura fi skola f’Michigan se jkun qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu u omiċidju volontarju wara li spara u qatel erba’ persuni u ħalla sebgħa oħra midrubin.

Il-prosekuturi akkużaw lill-istudent Ethan Crumbley  ta’ 15-il sena daqslikieku kien adult. Huwa wieġeb mhux ħati, filwaqt li l-Pulizija għad trid tidentifika il-motiv wara l-attakk.

Il-vittmi ġew identifikati bħala Tate Myre ta’ 16-il sena, Madiysn Baldwin ta’ 17-il sena, Hana St Juliana ta’ 14-il sena u Justin Shilling ta’ 17-il sena.

Waqt li kienet qiegħda tħabbar l-akkużi fil-konfront taż-żagħżugħ, il-prosekutur Karen McDonald qalet li l-uffiċċju tagħha kellu “muntanja ta’ evidenza diġitali” biex tipprova li s-suspettat kien ippjana l-attakk “ferm qabel l-inċident”.

Hija kkonfermat li filmat partikolari li ttieħed il-lejl ta’ qabel l-isparatura juri lill-akkużat jiddiskuti dwar il-qtil.

Il-prosekutur żiedet li d-deċiżjoni li ż-żagħżugħ ikun trattat bħala adult għal dan l-inċident traġiku kienet “l-aktar deċiżjoni f’lokha”.

Filwaqt li rrifjuta li jitkellem mal-investigaturi, ż-żagħżugħ se jkun qiegħed jiġi trasferit miċ-ċentru ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-minorenni lejn ħabs f’Oakland.

Sport