Għall-ħabta tas-7.00pm tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alamein, Pembroke.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li tifel ta’ 11-il sena, intlaqat minn Dacia Sandero li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.