Tifel ta’ 3 snin bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Balzan

Aqra wkoll

Tifel ta’ 3 snin qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ għal xil-5;00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Birbal, Ħal Balzan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Mercedes Benz GLA 250 E, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena u residenti l-Imġarr.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport