Thursday, July 30, 2026
0
7

JOHN STONES – Id-difensur ċentrali tal-Ingilterra, John Stones, jinsab f’taħditiet avvanzati ma’ Inter biex jingħaqad maċ-champions Taljani bi trasferiment ħieles wara li ntemm il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City. Stones kien suġġett ta’ interess kbir minn clubs madwar l-Ewropa, inklużi Chelsea u Juventus, iżda Inter kellhom diskussjonijiet pożittivi mal-player u huwa mifhum li qed jillidjaw it-taqtiegħa biex jiffirmaw lir-rebbieħ tal-Premier League u taċ-Champions League b’kuntratt ta’ sentejn.

JORDAN HENDERSON u DANNY WELBECK – Chelsea qegħdin f’taħditiet biex jiffirmaw lill-midfielder Jordan Henderson, 36 sena, ta’ Brentford u lill-attakkant Danny Welbeck, 35 sena, ta’ Brighton. Henderson għandu sena oħra fil-kuntratt mal-Bees iżda dawn huma lesti li jħalluh jitlaq bi trasferiment b’xejn. Min-naħa l-oħra Welbeck huwa ħerqan li jmur fi Stamford Bridge u hemm ottimiżmu min-naħa ta’ Chelsea li ftehim jista’ jiġi milħuq.

RODRI – Paris St-Germain m’għandhom l-ebda pjan li jfittxu lill-midfielder Spanjol ta’ Manchester City u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ma’ Spanja bħala captain, Rodri, 30 sena. Madankollu, is-City qed iħejju ruħhom għal offerta mill-ġganti Spanjoli, Real Madrid, iżda jibqgħu jittamaw li jiffirma kuntratt ġdid fl-Etihad Stadium.

JAMES TRAFFORD – Leeds United mistennija jaq­blu fuq ftehim ta’ £40 miljun biex jiffirmaw lill-goalkeeper tal-Ingilterra, James Trafford, 23 sena, mingħand Manchester City.

JOSHUA ZIRKZEE – Manchester United daħlu f’taħdi­tiet avvanzati biex jibagħtu lill-attakkant internazzjonali Olandiż, Joshua Zirkzee, 25 sena, b’self għal staġun sħiħ lil Juventus fi ftehim li jinkludi għażla ta’ xiri ta’ £30 miljun.

ZION SUZUKI – Paris St-Germain huma interessati fil-goalkeeper ta’ Parma u l-Ġappun, Zion Suzuki, 23 sena, li ġie msemmi wkoll ma’ Aston Villa u Juventus.

IBRAHIM MBAYE – L-attakkant ta’ Paris St-Germain u s-Senegal, Ibrahim Mbaye, 18-il sena, ġie offrut kemm lil Liverpool kif ukoll lil Manchester City wara li l-aġenti tiegħu għamluha ċara li l-player mhux se jingħaqad ma’ Aston Villa dan is-sajf.

VINICIUS JR – Real Madrid se jkollhom aktar taħditiet mar-rappreżentanti ta’ Vincius Jr, 26 sena, bit-tama li jsibu soluzzjoni dwar kuntratt ġdid fit-tul, fost l-interess ta’ bħalissa minn Arsenal fil-winger Brażiljan.

YAN DIOMANDE – Real Madrid għamlu t-tieni offerta li tiswa bejn £94 miljun u £98 miljun għall-winger tal-Ivory Coast, Yan Diomande, 19-il sena, iżda hemm bżonn ta’ aktar taħditiet biex jissodisfaw it-talbiet ta’ RB Leipzig għall-player li kien ukoll fil-mira ta’ Liverpool.

PEDRO NETO – Chelsea se jitolbu ħlas sinifikanti għall-winger internazzjonali Portugiż, Pedro Neto, 26 sena, fost interess minn Liverpool, Manchester City u clubs mill-Arabja Sawdija.

RUBEN VARGAS – Sevilla huma lesti li jbigħu lil Ruben Vargas, 27 sena, għal €20 miljun bi Brighton, Newcastle u Aston Villa fost il-clubs tal-Premier League li qed juru interess fil-winger Svizzeru.

DAYANN METHALIE – Sunderland qablu dwar it-termini personali mad-difensur xellugi ta’ Toulouse u t-team Franċiż ta’ taħt il-21 sena, Dayann Methalie, 20 sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here