Wednesday, July 24, 2024

Tifel ta’ 4 snin bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vann f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Tifel ta’ 4 snin qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Trq Annetto Caruana, San Pawl il-Baħar

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li t-tifel intlaqat minn vann tat-tip Toyota HiAce, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Birkirkara.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija: Tifel imtajjar fejn l-iskola primarja tal-Qawra

Minn informazzjoni li għadu kemm kiseb dan is-sit, tifel ta’ madwar ħames snin ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura. L-inċident li rriżulta fi ġrieħi, seħħ f’salib it-toroq, fejn naħa minnhom tmiss mal-iskola primarja Marija Reġina fil-Qawra.

Fuq il-post marret ambulanza u anke kien hemm il-preżenza tal-Pulizija, li min-naħa tagħhom għalqu t-triq.

Tajjeb li nsemmgħu li din it-triq jgħaddu minnha ħafna tfal, b’mod partikolari għall-fatt li jkunu ġejjin u sejrin mill-iskola , għalkemm dan l-inċident seħħ illejla.

Il pulizija kkonfermat li seħħ dan l-inċident ghall ħabta tat-8.00pm imma l-kundizzjoni tat-tifel għadha mhiex magħrufa

Ekonomija

Sport