Tifel ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq il-Karamelli fl-Imġarr.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li t-tifel, ta’ disa’ snin kien waqa’ tliet sulari minn gallarija f’residenza privata.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lit-tifel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
Aktar tard rriżulta li kien ġarrab ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo li ordnat inkjesta dwar il-każ.