Friday, December 13, 2024

Tifel ta’ disa’ snin s’issa mar 15-il darba Londra minħabba kundizzjoni rari

Aqra wkoll

Henry twieled b’kundizzjoni rari magħrufa bħala Prune Belly Syndrome u s’issa ċ-ċkejken mar 15-il darba Londra. Sa mill-età tenera ta’ sentejn beda jivvjaġġa lejn Londra sabiex jingħata l-kura u jsirulu l-interventi kirurġiċi metieġa. 

Meta kellu biss sena u tliet xhur, ommu ngħatat l-aħbar li għandha kanċer f’sidirha. Puttinu kien strumentali sabiex matul dan il-perjodu diffiċli, din il-familja ngħatat saqaf fuq rasha kull meta ħtieġet akkomodazzjoni waqt iż-żjarat tagħha f’Londra.

Illum Henry għandu disa’ snin u kull tant żmien għadu jeħtieġ il-kura ’l bogħod minn pajjiżu.

Ekonomija

Sport