Sunday, November 3, 2024

Tifel ta’ disgħa snin jispiċċa b’wiċċu “meqrud” wara li attakkah pitbull f’Dublin

Aqra wkoll

Alejandro Mizsan tifel ta’ disgħa snin spiċċa b’wiċċu “meqrud” wara li attakkah pitbull. Hu kien qiegħed jilgħab flimkien ma’ tfal oħrajn ħdejn id-dar tagħhom f’Wexford f’Dublin

Kienu l-ħbieb tiegħu stess li sejħu għal għajnuna li b’mod immedjat ittieħed l-isptar f’Dublin u mill-ewwel beda jiġi operat.

Il-ġenituri tiegħu ppubblikaw ritratt li fih it-tifel jidher b’wiċċu sfigurat.

Ħuħ il-vittma qal li Alejandro mistenni li jibqa’ l-isptar anke sal-aħħar ta’ Jannar. L-akbar inkwiet għal familja hu li mhux għax se jdum l-isptar, iżda minħabba l-ġrieħi li sofra, it-tobba qalulhom li se jkun diffiċli mmens biex jerġa’ jibda jitkellem.

“Wiċċu hu kompletament meqrud. Bħalissa mhux qiegħed jikkomunika magħna, u t-tobba qalulna li se jkun ferm diffiċli li xi darba jerġa’ jibda jitkellem. Ħija mhux se jkun l-istess tifel li kien,” qal ħu Alejandro f’intervista li ta lill-ġurnali Ingliżi.

Dwar dan il-każ il-pulizija sressqet raġel ta’ 27 sena l-qorti li jirriżulta li hu sid il-kelb. Huwa ġie akkużat li minħabba l-kelb tiegħu Alejandro sofra ġrieħi permanenti u seta’ jitlef ħajtu.

Sport